Il-partita Juventus – Lazio f’xandira diretta

It-Tazza

Il-finali tat-32 edizzjoni tas-Supercoppa Italiana se tkun qed tixxandar illum b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan Rai Uno fis-5.45pm b’kummentarju ta’ Dario Di Gennaro b’interventi minn Andrea Riscassi u Tiziana Alla.

Il-Juventus (iċ-Champions tas-Serie A 2018/19) u l-Lazio (rebbieħa tal_Coppa Italia 2018/19) se jkunu qed jilgħabu f’din il-finali li se ssir fil-Kind Saud University Stadium f’Riyadh fl-Arabja Sawdita, iżda qabel, fuq l-istess stazzjon fil-ħin tal-5pm se jkun qed jixxandar il-programm Oltre la Supercoppa, li minkejja t-titlu, m’għandux x’jaqsam mal-futbol iżda huwa programm li se jistħarreġ is-sitwazzjoni fl-Arabja Sawdita, li jitratta l-libertà tal-informazzjoni sal-qtil tal-ġurnalist Kashoggi li nqatel f’Ottubru 2018.

Il-King Saud University Stadium f’Riyadh fl-Arabia Sawdita

Dan il-programm speċjali mmexxi minn Emma D’Aquino se jkollu bħala mistiedna lil Riccardo Noury minn Amnesty International Italia, Carolina Morace, eks futboler mara, kif ukoll Vittorio Di Tripani, segretarju ta’ Usigrai.

Se jkunu qed isiru kollegamenti ma’ Lucia Goracci, il-korrispondenta tar-RAI f’Istanbul.