Il-partit ta’ Salvini jaf jidħol fil-PPE

FILE PHOTO: Italy's Interior Minister Matteo Salvini gestures as he attends a news conference in Rome, Italy, January 14, 2019. REUTERS/Remo Casilli/File Photo

Read in English.

Il-Partit Taljan tal-Lega Nord jaf jidħol membru tal-Partit Popolari Ewropew, l-istess partit Ewropew li tiegħu il-Partit Nazzjonalista Malti huwa membru sħiħ.

Fil-programm ‘Mezz’ora in piu’ ta’ Maria Annunziata fuq Rai 3, Giancarlo Giorgetti li kien is-Segretarju tal-Kabinett ta’ Giuseppe Conte sa Settembru li għadda qal li din tista’ tkun possibiltà. Żied jgħid li meta tqabbel il-Lega Nord mal-partit Ġermaniż tal-Bavarja CSU, Giorgetti qal li hemm ħafna similaritajiet. Giorgetti kien ukoll imsemmi biex isir il-Kummissarju Ewropew Taljan

Mitlub jirraġixxi għal din l-aħbar, il-Partit Nazzjonalista ma weġibx għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt. Bħalissa hemm sitt partiti Taljani fil-PP inkluż Forza Italia ta’ Silvio Berlusconi.

Anna Maria Bernini, li tmexxi lil Forza Italia fis-Senat Taljan iddikjarat li din hija l-għażla t-tajba għaliex fi kliemha iċ-Ċentru Lemin fl-Italja jissaħħaħ u jsir aktar kompetittiv.

Il-Lega Nord huwa magħruf għall-politika tiegħu kontra l-immigrazzjoni, bil-mexxej tiegħu huwa l-eks Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini.