Il-partit ta’ Salvini jidher li se jirbaħ l-elezzjoni f’Sardenja

Il-partit ta’ Matteo Salvini Lega Nord deher lest biex jirbaħ vot reġjonali f’Sardenja llum. Ir-riżultat ta’ dan il-vot jaf iwassal għal inkwiet għall-Movimento 5 Stelle fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej. Lega Nord hu parti mill-koalizzjoni li tmexxi l-Italja.

Wara li kienu ngħaddu 20% tal-voti, Christian Solinas, li huwa Senatur mill-partit Lega Nord, kellu madwar 48% tal-elezzjoni li saret il-Ħadd, u deher li qiegħed minn ta’ quddiem, biċ-ċentru-xellug b’34%, u l-Moviment 5 Stelle bi 11%.

Il-partit Lega Nord, li huwa l-partit ta’ ta’ Matteo Salvini li hu kontra l-immigranti, għadu jikkontesta l-elezzjonijiet lokali flimkien mal-alleati tiegħu taċ-ċentru-lemin, Forza Italia u Fratelli d’Italia.

Ladarba jiġu kkonfermati, ir-riżultati tal-elezzjoni se juru l-waqgħa tal-Moviment 5 Stelle fil-popolarità tiegħu man-nies, u juru s-sapport dejjem jikber għall-partit Lega Nord, minkejja l-aġenda stretta tiegħu kontra l-immigranti.