Il-partit ta’ Boris Johnson b’maġġoranza fir-Renju Unit

Britain's Prime Minister Boris Johnson visits Metropolitan Police training college in Hendon, London, Britain October 31, 2019. Aaron Chown/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-Konservattivi rebħu l-maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali Ingliża hekk kif qabżu l-akkwist ta’ 326 siġġu parlamentari. Dan mhux in-numru finali hekk kif għad hemm kostitwenzi li għadhom mhux iddikjarati.

Skont il-BBC, Boris Johnson mistenni jirritorna Downing Street b’maġġoranza ta’ 74 siġġu. Il-Prim Ministru Ingliż qal li r-rebħa se tagħtih il-mandat biex iwassal fi tmiemha l-ġlieda ta’ Brexit billi joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fix-xahar id-dieħel.

Min-naħa tiegħu, Jeremy Corbyn qal li l-partit Laburista tal-pajjiż kellu lejl ferm diżappuntanti. Qal li hu ma kienx se jikkontesta elezzjonijiet futuri. Il-partit ta’ Corbyn tilef numru ta’ siġġijiet fit-Tramuntana, Midlands u anke Wales. L-istess postijiet li kienu appoġġjaw lil Brexit fl-2016.

Il-Prim Ministru Boris Johnson sostna li jidher li n-nazzjon konservattiv ta’ mandat b’saħħtu lill-Gvern Ingliż elett sabiex iwassal għal Brexit.