Il-Partit Popolari mistenni jirbaħ l-elezzjoni fl-Awstrija

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Partit Popolari mistenni jirbaħ l-elezzjoni ġenerali fl-Awstrija u li l-mexxej tiegħu Sebastian Kurz ta’ 31 sena se jkun l-aktar mexxej Ewropew żagħżugħ.
Il-previżjonijiet li ħarġu s'issa juru li l-Partit Popolari aktarx rebaħ 31.5% tal-voti. Il-partit Soċjali u Demokratiku x’aktarx li jkun it-tielni l-akbar partit b’27.1% tal-voti. Warajh ġej il-Partit tal-Libertà li huwa l-partit tal-lemin estrem. Dan mistenni jirbaħ 25.9% tal-voti.
Jekk il-partit ta' Kurz ma jiksibx maġġoranza, jista jagħżel li jagħmel koalizzjoni mal-partit tal-lemin estrem li tkellem ħafna kontra l-immigrazzjoni.
Din l-elezzjoni waslet fi żmien fejn fl-Ewropa qed jikber it-tħassib dwar l-immigranti u r-refuġjati, kif ukoll waslet ftit wara s-suċċess elettorali ta' partit tal-lemin estrem ieħor fl-elezzjonijiet li saru fil-Ġermanja.