Il-Partit Nazzjonalista jrid jinżel fit-triq man-nies – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-ikbar bidla li jrid iwettaq il-Partit Nazzjonalista hija il-bidla fil-mentalità li mhux li jaħseb li għandu dritt li jkun fil-Gvern iżda li jimxi man-nies u jħallihom jipparteċipaw fid-deċiżjionijiet.

Kien għalhekk li żewġ deputati Nazzjonalisti dalgħodu niżlu fit-toroq biex ma jippermettux lill-Gvern jgħaddi bil-gaffef tiegħu u jmeħħi l-ħamrija minn fuq wiċċ ir-raba’ tal-bdiewa fil-Magħtab biex jgħatti dak li hu sejjaħ inkompetenza tal-Gvern  fil-qasam tal-iskart.

Meta kien qed jitkellem f’intervent telefoniku fuq l-istazzjon tar-Radju Nazzjonalista NET TV, hu kkritika lill-eks Prim Ministru Malti Joseph Muscat li qal li neżża’ l-libsa tiegħu ta’ deputat u daħal jinnegozja f’isem Stewards mal-Gvern Malti.

Wara r-riżenja tad-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli, Delia mingħajr ma għamel referenza għal din l-aħbar qal li l-PN hu kommess Ii jkabbar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-parlament.