Il-Partit Nazzjonalista jiltaqa’ mal-UĦM

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ mal-Union Ħaddiema Magħqudin u ġew diskussi diversi oqsma ta’ importanza, fosthom il-ħolqien tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali.
Din hija l-ewwel darba li saret din it-tip ta’ laqgħa. 
Il-Partit Nazzjonalista qal li se jiltaqa’ regolarment mal-imsieħba soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex ifassal il-politika tiegħu b’mod li jisma’ lil kulħadd u jirrifletti l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.