Filmat: Il-Partit Nazzjonalista huwa ħajti – Adrian Delia

Il-Kap tal-PN Adrian Delia intervistat minn Angelo Micallef fuq NET FM

Il-Kap tal-PN Adrian Delia intervistat minn Angelo Micallef fuq NET FM

Posted by Partit Nazzjonalista on Saturday, August 29, 2020

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista huwa ħajtu. Min-naħa l-oħra l-kandidat li esprima l-interess tiegħu fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għalih il-Partit Nazzjonalista tah kollox. Kemm Adrian Delia kif ukoll Bernard Grech ġew intervistati fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, is-Sibt filgħodu. Iż-żewġ kandidati prospettivi kienu intervistati f’ħinijiet separati.

Fl-intervista tiegħu Delia qal li lbieraħ il-partit kien ifisser ħafna imma illum ifisser kollox; litteralment ħajtu.

Min-naħa tiegħu Grech qal l-għan tal-partiti politiċi huwa li jgħinu biex tittejjeb il-ħajja tan-nies. Huwa żied li l-partit tah kollox għax bis-saħħa tal-politika tal-Partit Nazzjonalsita huwa seta’ jistudja, jaħdem, jixtri post u jrabbi familja.

L-Avukat Bernard Grech intervistat minn Angelo Micallef fuq NET FM

Posted by Partit Nazzjonalista on Saturday, August 29, 2020

Il-kandidat tal-poplu vs il-kandidat li jgħaqqad

Iż-żewġ kandidati tkellmu fuq suġġetti simili fosthom il-mod kif il-Gvern qiegħed jindirizza l-pandemija tal-COVID-19. It-tnejn tħassru lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li mexa fuq ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi u kontra l-Prim Ministru Robert Abela li fi kliemhom huwa aktar popolist.

Iż-żewġ kandidati ma qablux dwar kif jiddiskrivu l-irwol tal-kap tal-partit.  Delia enfasizza li huwa kien l-għażla tat-tesserati tal-partit f’nofs kriżi, u l-missjoni tiegħu hija l-partit ikun aktar viċin in-nies.

Min-naħa tiegħu Grech enfasizza li l-partit kien imkisser u nsista li l-partit ma jistax jaħdem sew jekk mhux se jkun magħqud.

Madankollu t-tnejn tkellmu dwar dubji ekonomiċi speċjalment dwar il-persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar.