Il-Mexxej tal-Partit Laburista jżur l-iskola Musulmana Mariam al-Batool

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat qal li jekk ikun fil-gvern, il-Partit tiegħu se jkun qed jaħfer is-self ta’ €400,000 lill-iskola Musulmana ta’ Mariam al-Batool. Dr Muscat qal dan waqt żjara li għamel lil kommunita’ musulmana f’Raħal Ġdid.

Dr Muscat qal li din l-iskola affaċċjat problemi finanzjarji speċjalement waqt il-kriżi fil-Libja.

L-iskola Musulmana f’Raħal Ġdid hija l-unika skola musulmana f’Malta li toffri edukazzjoni primarja u sekondarja filwaqt li hi mmexxija minn kapijiet Kattoliċi.