Il-Partit Laburista Ingliż iwiegħed il-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena

Il-Partit Laburista Ingliż mistenni li jinkludi d-dritt għall-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena fil-manifest elettorali.

Is-Segretarju għall-Ġustizzja, Sadiq Khan qal li mir-rapport li għandu quddiem il-Partit Laburista Ingliż jirriżulta li jekk tagħti d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ dawn jibqgħu jivvutaw lil dak il-partit li jkun tagħhom dan id-dritt.

Din mhix l-ewwel darba li fir-Renju Unit se jingħata dan id-dritt liż-żgħażagħ hekk kif dawk li għandhom 16-il sena se jkunu jistgħu jivvutaw fir-Referendum dwar l-Indipendenza tal-Iskozja li se jsir is-sena d-dieħla.

Jekk il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit, id-dritt għall-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena jingħata għall-elezzjoni ġenerali tal-2020.