Il-Partit Laburista b’attività fuq il-Fosos tal-Floriana

Meta ndirizza l-mass meeting fuq il-Fosos tal-Floriana, il-Prim Ministru elett Dr Joseph Muscat qal li l-mandat li ngħata mill-poplu qatt ma seta jinkiseb minn xi partit politiku tal-passat.

Iddeskriva din bħala paġna politika ġdida li fiha telgħet bandiera bajda u ħamra ghal kulħadd. Sostna li jrid ikun gvern ta’ kulħadd. Dr Muscat ħeġġeġ lill-partitarji sabiex jgħaddu l-id tal-ħbiberija lil kulħadd fejn issa se tibda l-ħidma ta’ Gvern Laburista.

Il-Mexxej Laburista qal li wara ġimgħa ta’ ħidma nhar is-Sibt filgħaxija se jerġa’ jlaqqa lill-Poplu kollu fuq il-Fosos għaċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali.

Ritratti: Daniel Balzan