Il-partit Konservattiv jirbaħ l-elezzjoni fil-Bulgarija

Fil-Bulgarija ġiet ikkonfermata r-rebħa tal-Partit Konservattiv waqt l-elezzjoni ġenerali bi 32.6% tal-voti.
Il-Partit Soċjalista kiseb 15.2% u l-Partit tal-Minoranzi DPS kiseb 14.9% tal-voti.
Il-Parlament Bulgari se jkun magħmul minn partiti oħra żgħar li kisbu aktar minn 4% tal-voti.
Dawn huma l-Front Patrijottiku, l-Bulgarija mingħajr Ċensura u l-Ultranazzjonalisti u l-ABV.
Osservaturi qed ibassru li b’dawn il-partiti kollha mhux se jkun faċli għall-Kap tal-Konservattivi biex jifforma Gvern ġdid.