Il-Partit Demokratiku jippreżenta proposti dwar l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika

Id-deputat Parlamentari għall-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ressqet numru ta’ proposti dwar l-emendi tal-Att dwar l-Amministrazjoni Pubblika li qed ikun diskuss fil-Parlament.
Dr. Farrugia qalet li l-Partit Demokratiku jaqbel mal-prinċipju tal-amendi proposti dwar l-Att tal-Aministrazzjoni Pubblika, izda ma jaqbilx mal-mod kif qed jigi ndirizzat dan l-impass fl-għazla ta' chairpersons ta' awtoritajiet, li huma indipendenti u awtonomi, u li jservu ta' interface bejn is-settur privat u s-settur publiku u allura għandhom sehem qawwi fl-oqsma kollha tal-andament tal-pajjiż.
Marlene Farrugia ssuġġerit li minnflok jinħoloq Kumitat Permenenti tal-Kamra kif issuġerit mill-Gvern, jinħoloq kumitat li ċ-chairperson jkun il-Kummissarju tal-iStandards tal-Hajja Pubblika u li l-kumitat ikun magħmul minn membru ta' kull naħa tal-Kamra u żewg membri magħżula mis-Socjeta’ Ċivili li huma esperti fil-qasam.
Issuġġerit li l-intervista għandha dejjem issir pubblika bl-live streaming u l-ghazla għandha ssir permezz ta' punteġġ li jingħata dak il-hin stess b'mod sigrit min kull membru tal-kumitat,  u dan għandu jingħad ezatt wara l-intervista. Dr. Farrugia qalet li s-sejha għal-pożizzjoni għandha tkun sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern u l-ġurnali.
Dwar il-ħatriet tal-Ambaxxaturi, Marlene Farrugia qalet li dawn għandhom ikunu nies li jkunu studjaw id-Diplomazzija u r-Relazjonijiet Internazzjonali u li jkollom esperjenza fuq saffi li jwaslu biex jassiguraw li jkunu jistaw jaqdu b'kompetenza fil-kariga responsabli tal-ambaxxaturi.
Qalet li l-karigi politiċi f’pożizzjoni ta’ Ambaxxaturi għandhom jispiċċaw għax dawn għandhom jinħatru skont ir-regoli taċ-ċivil.
Hija sejjħet għal avviż legali biex iċ-Ċivil verament ikun għodda li jħares il ġid komuni, u li jkollu dawk l-istritturi li jipprovdu organizzazjoni u mmanigjar li jixirqu lill-ħaddiema u lill-pajjiżna.