Il-Partit Demokratiku jappella għall-għaqda nazzjonali

Fi stqarrija l-PD qal li għalkemm f’Malta teżisti soċjetà b'diversi qasmiet profondi iżda hija soċjetà bi storja rikka u identità b'saħħitha.
Għalhekk insista li-viżjoni tiegħu hija jelimina l-‘mibgħeda’ biex issaltan l-għaqda nazzjonali.
Saħaq li jista' dan jista' jseħħ jekk jaħdem viċin ta’ partiti oħra li hemm rappreżentati fil-parlament.
Il-PD qal li minħabba t-tribaliżmu f’Malta, il-Partit li jerbaħ fl-elezzjoni dejjem jippremja u jiffavorixxi lin-nies tiegħu.
Fi kliem il-PD dan hu mod antidemokratiku kif tinxtara l-lealtà ta’ nies.
Qal ukoll li l-instituzzjonijiet mhumiex verament awtonomi u fi kliem il-PD dan ma jawgurax tajjeb għall-ġid tal-pajjiż.
Il-PD qal dan fl-okkażjoni ta' Jum ir-Reppublika.