Il-parroċċa taż-Żurrieq tiġbor €10,464 għad-Dar tal-Providenza

Il-parroċċa taż-Żurrieq reġgħet għamlet l-akbar ġabra minn fost il-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex għall-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-ġabra kienet ta’ €10,464
Il-preżentazzjoni tal-ġabra saret mill-Arċipriet Dun Charles Attard li kien akkumpanjat minn membri żgħażagħ tal-komunità taż-Żurrieq, Carl Gauci, Mattia Scicluna, Jean Paul Zerafa u Tristan Scerri.
Kull sena għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex jagħmlu ġabriet speċjali waqt il-quddies fil-knejjes tagħhom li jiġu ppreżentati waqt il-Festa ta’ Ġenerożità. 
Ritratt: Gino Galea