Il-Parroċċa ta’ Marsaxlokk se tiġi ddikjarata bħala Santwarju Marjan

Il-Parroċċa ta’ Marsaxlokk se tiġi ddikjarata Santwarju Marjan fil-jiem li ġejjin mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Il-Kappillan tal-Parroċċa, ir-Rev Luke Seguna ħabbar dan fi stqarrija, hekk kif nhar it-8 ta’ Mejju Mons Scicluna mistenni jżur din il-parroċċa.
Fl-istess okkażjoni l-Arċisqof se jikxef u jbierek il-Pittura Titulari tal-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk, xogħol il-pittur żagħżugħ Manuel Farrugia, li se jkun preżenti biex iwieġeb xi mistoqsijiet.