Il-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata ddikjarata parroċċa Arċipretali

L-Imnarja għaddiet, imma għat-Tarxiniżi kienet waħda speċjali li jiqbgħu jiftakruha, speċjalment il-parruċċani, għax l-Arċisqof Charles Scicluna ddikjara l-parroċċa ta’ Marija Annunzjata bħala waħda Arċipretali.
Sas-sena 1592 Ħal Tarxien kien jagħmel parti mill-parroċċa ta’ Bir Miftuħ, illum il-Gudja. Kien fid-29 ta’ Mejju ta’ dik is-sena li l-Isqof  Tommaso Gargallo fired lil Ħal Tarxien mill-Martriċi ta’ Bir Miftuħ, bil-knisja ddedikata lill-Annunzjata bħala l-ewwel Knisja Parrokkjali.
Bejn is-snin 1610 – 1615 bdiet tinbena knisja akbar biex taqdi l-ħtiġijiet pastorali li ħadet post il-knisja l-qadima.
Fit-12 ta’ Lulju 1910 l-Isqof Pietru Pace fired lil Raħal Ġdid minn Ħal Tarxien u b’hekk għolla l-parroċċa ta’ Ħal Tarxien għal Matriċi.
Aktar tard mill-matriċi ta’ Ħal Tarxien l-Arċisqof Mikiel Gonzi qata’ l-parroċċa tal-Fgura fl-1965 u dik ta’ Santa Luċija fl-1969. Meta f'Raħal Ġdid nibtet parroċċa ġdida fl-1974 – dik tal-Madonna ta' Lourdes – Ħal Tarxien sar Parroċċa Arċimatriċi.
Finalmet, fl-okkażjoni ta’ 425 sena parroċċa, nhar l-Imnarja li għaddiet, dil-parroċċa ħadet dat-titlu li jagħtigħa stat u prominenza ġdida.