Il-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara tiċċelebrata l-Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Il-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, se tiċċelebrata l-Festa tal-Madonna tar-Rużarju nhar il-Ġimgħa.
Fis-6.30pm, mill-Knisja Parrokkjali se toħroġ il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna u tgħaddi minn diversi toroq tal-Parroċċa.  
Fi tmiem il-pellegrinaġġ se ssir quddiesa fil-miftuħ fi Triq Indrì Calleja. 
Din se tkun ikkonċelebrata mill-Kappillan u s-saċerdoti tal-Parroċċa. 
Wara l-quddiesa jsir id-dħul tal-vara lura fil-Knisja Parrokkjali.
F'każ ta' maltemp, il-quddiesa ssir xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali. 
Ritratt: Ronald Camilleri