70 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin gawdew mis-sistema tal-parole fl-aħħar erba’ snin. Madanakollu, kienu biss wieħed minn kull erba’ li applikaw, li ngħataw il-parole.
Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Huwa qal li kien hemm 280 applikazzjoni mill-2017 ‘l hawn iżda kienu biss 70 li ngħataw il-parole.
Ir-rata tas-suċċess kienet tvarja minn 22.6% għal 27.3%.
Il-kunċett ta’ parole kien introdott fl-2012 permezz tal-att tal-Ġustizzja Riparatriċi. Il-liċenzja tal-Parole tista’ tiġi mogħtija biss lill-priġunieri li qed iservu sentenza ta’ priġunerija għal terminu ta’ sena jew iżjed. Il-Bord tal-Għażla tal-parole huwa iffurmat minn Chairperson u disa’ membri.
year | parole applikazzjonijiet | parole mogħtija | rata ta’ suċċess |
2017 | 73 | 18 | 24.7% |
2018 | 66 | 18 | 27.3% |
2019 | 79 | 20 | 25.3% |
2020 | 62 | 14 | 22.6% |
total | 280 | 70 | 25% |