Il-Paroċċa ta’ Santa Venera tagħlaq 100 sena

Paroċċa Santa Venera 100 sena

Nhar l-4 ta’ Settembru fis-6.00pm, fil-Knisja l-Antika ta’ Santa Venera, se tiġi ċċelebrata quddiesa f’għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Paroċċa ta’ Santa Venera.

L-Isqof ta’ Malta Mons. Mauro Caruana kien ħareġ digriet nhar l-4 ta’ Settembru 1918, li permezz tiegħu Santa Venera ġiet iddikjarata Parroċċa indipendenti bil-konfini tagħha. Il-koppja oriġinali ta’ dan l-istess digriet għadu jeżisti sal-lum.