Il-Parlament tradixxa lill-poplu – Espert legali

Read in English.

Il-Professur Kevin Aquilina, l-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, iddiskriva s-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa f’Malta bħala ‘kriżi kostituzzjonali bla preċedent’. F’artiklu fuq il-ġurnal Times of Malta huwa qal li l-Parlament tradixxa lill-poplu Malti wara li ġie aġġornat f’nofs din il-kriżi.

Aquilina għamel lista ta’ nuqqasijiet serji li kkontribwixxew għal din il-kriżi:

  • Huwa qal li jitqajmu mistoqsijiet serji dwar l-irwol investigattiv tal-pulizija u kif il-Gvern kien kompliċi fil-ksur tal-liġi.
  • Is-saltna tad-dritt jinsab fl-aktar livell baxx.
  • Il-mod kif qed jaġixxi l-Prim Ministru huwa ta’ dittatur.
  • Il-President ma talabx lill-grupp parlamentari Laburista jikkonferma l-fiduċja tiegħu f’Muscat.
  • Is-servizz ċivili jinsab ukoll f’idejn il-Prim Ministru.
  • L-indipendenza tal-ġudikatura tinsab dgħajfa.
  • Il-finanzi tal-Gvern jinsabu kkontrollati kif jixhdu r-rapporti tal-Awditur Ġenerali.
  • Il-Backbenchers għal kuntratju ta’ dak li jiġri fir-Renju Unit jingħataw diversi karigi biex jibqgħu siekta.
  • Il-Membri Parlamentari jistgħu jagħmlu xogħol ieħor fuq bażi full time fl-amministrazzjoni pubblika li jmur kontra s-separazzjoni tal-poteri.
  • Kunflitt ta’ interess.
  • Il-korpi kostituzzjonali bħal l-Awtorità tax-Xandir, il-Kummissjoni għas-Setturi Pubbliċi u l-Kummissjoni Elettorali, huma maħtura, fl-interessi tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, u mhux fl-interess pubbliku.
  • Ix-xandir pubbliku huwa kkontrollat mill-Gvern tal-ġurnata u jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Ministeru tal-Gvern.
  • Is-Segeretajat tal-Ministeri servew ta’ paladini tal-klijenteliżmu u n-nepotiżmu minflok jaraw li tkun implimentata l-politika tal-Gvern.