Il-Parlament ta’ Ċipru jivvota dwar ristrutturar fil-mod kif jitmexxew il-banek

Il-membri parlamentari ta’ Ċipru ivvotaw favur miżura li għandha tirristruttura l-mod ta’ kif jaħdmu l-banek f’dan il-pajjiż. Dan qed isir bil-għan li tittaffa il-kriżi finanzjarja li laqtet iż-żona tal-Ewro.

Il-membri parlamentari Ċiprijotti approvaw ukoll dak li qed jissejjaħ bħala “fond ta’ solidarjetà nazzjonali” flimkien ma kontrolli oħra biex jevitaw li xi bank ifalli.
B’kollox jeħtieġ li Ċipru tiġbor ftit inqas minn stt biljun ewro sabiex tkun eliġibbli biex tissellef mill-Unjoni Ewropea is-somma ta’ għaxar biljun ewro.

Fil-pajjiż komplew għaddejin iktar sforzi sabiex jintlaħaq kunsens dwar diversi miżuri ewlenin fosthom l-introduzzjoni ta’ taxxi fuq depożiti fil-banek li ħolqu kjuwijiet twal ta’ persuni quddiem il-banek li riedu jiġbdu flushom.