Il-Parlament Russu jobbliga li tinżamm id-data personali

Il-Parlament Russu għadda liġi li jobbliga kumpaniji tal-internet iżommu kopja tad-data personali taċ-ċittadini Russi fil-pajjiż.
Minkejja li l-Kremlin qal li dan il-pass huwa favur il-ħarsien tad-data, kritiċi jibżgħu li dan jista’ jwassal għal abbuż ta’ siti soċjali bħalma huma Twitter u Facebook.
Is-siti soċjali kienu użati sewwa fl-2012 mid-dimostranti li opponew ir-ritorn tal-President Vladimir Putin fil-Kremlin.