Il-Parlament Russu japprova tibdiliet kostituzzjonali

FILE PHOTO - Reuters

Il-Parlament Russu ta’ l-approvazzjoni tiegħu għat-tibdiliet fil-kostituzzjoni li permezz tagħhom Vladimir Putin jkun jista joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali fl-2024. Dan it-tibdil neċessarju li jkun approvat mill-Parlament minħabba li l-kostituzzjoni kurrenti ma’ tippermettihx. 

Id-Duma ivvota favur dawn it-tibdil bi 383 vot favur. Ħadd ma’ ivvota kontra u kien hemm 43 li astjena. 

Il-President Vladimir Putin iddomina ix-xena politika Russa għal dawn l-aħħar żewġ deċenji fejn okkupa kemm il-karigi ta’ President u Prim Ministru. 

Dan it-tibdil kostituzzjonali kien ġie mħabbar aktar kmieni din is-sena.