Fil-ftuħ tal-Parlament wara l-btajjel tal-Milied, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia għamel dikjarazzjoni li fiha kkundanna l-attakki vjolenti li saru fuq il-Kungress Amerikan minn partitarji tal-President Donald Trump l-ġimgħa li għaddiet.
Farrugia qal li l-attakk huwa aktar kundannabbli peress li sar fil-ħin meta kien qed jiltaqa’ l-Kungress Amerikan.
L-Ispeaker stqarr li se jesprimi s-solidarjetà tal-Parlament Malti direttament lill-Kungress.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonniċi qal li inċidenti simili juru l-fraġilità tad-demokrazija iżda li pajjiż b’saħħtu bħall-Istati Uniti jirnexxielu joħroġ minn din il-kriżi.
Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield ingħaqad mas-sentiment espress fil-kamra.