Il-Parlament Libjan jivvota kontra l-ftehim ta’ Gvern magħqud

Il-Parlament Libjan li huwa rikonoxxut mill-komunità internazzjonali ċaħad il-ftehim ta’ Gvern magħqud li kellu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-vot fil-Parlament Libjan qed jitqies bħala daqqa ta’ ħarta kbir għall-isforzi kbar li n-Nazzjonijiet Magħquda qed tagħamel biex il-pajjiż jerġa’ jingħaqad.
Mill-104 deputat Parlamentari fil-Parlament ta’ Tobruk, 89 ivvutaw kontra l-ftehim għal Gvern magħqud.
Il-Kunsill Presidenzjali li huwa bbażat fit-Tuneżija issa għandu għaxart ijiem biex iressaq lista ġdida ta’ Ministri u dan fid-dawl tal-kisbiet li qed jagħmlu l-ġiħadisti tal-Istat Iżlamiku li qed jattakkaw l-infrastruttura taż-żejt fil-Libja.
Il-kumpanija taż-żejt tal-istat fil-Libja qed issostni li għamlet telf ta’ aktar minn €70 biljun.