Ivan Bartolo jagħti kilwa; il-Parlament warajh

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, f’isem il-Membri Parlamentari kollha, bagħat jawgura lid-Deputat Ivan Bartolo, li llum se jkun qed jagħti kilwa.
Apparti l-Ispeaker, kienu ħafna dawk li fuq il-midja soċjali faħħru lil Bartolo għal dan il-ġest, aktar u aktar meta se jkun qed jagħti kilwa lil xi ħadd li ma jafx.
Fi stqarrija, Farrugia ddeskriva dan bħala ġest nobbli u altruista.
L-Ispeaker awguralu li l-intervent mediku jkun suċċess u fejqan ta’ malajr bil-għan li jkun jista’ jkompli jaqdu d-doveri tiegħu ta’ Deputat Parlamentari.