Il-Parlament jikkommemora lil ‘patrijott Malti’

Il-Parlament Malti kkommemora l-50 sena mill-inizjattiva tal-Ambaxxatur Malti għan-Nazzjonijiet Magħquda li wasslet għat-tfassil tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi tal-Baħar.
Fl-1 ta’ Novembru 1967, l-Ambaxxatur Avrid Pardo kien ippreżenta inizjattiva innovattiva biex il-qiegħ tal-baħar u kulma fih ikun ikkunsidrat bħala wirt komuni tal-umanità.
Il-Minstru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela faħħar l-impenn ta’ Dr Pardo li ddeskrivieh bħala katalist ewlieni fil-protezzjoni għall-użu aħjar tar-riżorsi ta’ qiegħ il-baħar, tant li fl-1982, l-inizjattiva ttieħdet biex tfasslet il-kostituzzjoni li tirregola l-attività fl-ibħra u l-Oċeani.
Min-naħa tiegħu l-kelliem tal-Oppożizzjoni Dr Carm Mifsud Bonnici stqarr li Dr Pardo għandu jitqies bħala patrijott Malti li ismu jibqa’ mniżżel fl-istorja tal-pajjiż.