Il-Parlament jiftaħ il-bibien għall-pubbliku

Il-parlament il-ġdid jinsab miftuħ għall-pubbliku f’dawn il-jumejn bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia nieda l-ktieb “Winning People’s Hearts”, xogħol tal-Professur Paul A. Bartolo, fil-binja tal-Parlament, proprju matul l-ewwel jum li l-Parlament jinsab miftuħ għall-pubbliku.
L-iSpeaker faħħar il-ħidma ta’ dawk kollha li ħadu sehem dirett u indirett fir-riċerka u tenna li jaqbel perfettament mal-istudju li jgħid li partit, hu min hu, biex jirbaħ elezzjoni ġenerali għandu jkun inklussiv f’ħidmietu.