Il-Parlament jerġa’ jiltaqa’ mil-lejla

Il-Parlament se jerġa’ jibda jiltaqa’ mil-lum wara l-waqfien għall-festi tal-Milied.
Fis-seduta, se tibda d-diskussjoni marbuta mal-abbozz ta’ liġi dwar it-twaqqif ta’ servizzi parlamentari li jkunu awtonomi.
Qabel tibda din id-diskussjoni, il-Parlament mistenni japprova l-abbozz ta’ liġi dwar ħajja sana, u jiftaħ ukoll il-proċeduri Parlamentari għal tliet liġijiet L-emendi marbuta mal-professjoni tal-accountancy u dawk għall-Att dwar l-Edukazzjoni, u l-liġi dwar l-Istitut għal Studji Turistiċi.