​Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Charles Miceli

Il-Parlament sellem il-memorja ta’ Charles Miceli permezz ta’ intervent tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li sejjaħlu attivist soċjali favur iż-żgħir fis-soċjetà.
Dr Delia qal li Charles Miceli kien xhieda ħajja ta’ dawk li jħossu l-vokazzjoni li jaħdmu favur l-ifqar fis-soċjetà u ma’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn.
Delia sostna li l-Membri Parlamentari huma obbligati jkomplu l-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-vizzji, ġlieda li fiha Charles Miceli kien fuq quddiem.
Charles Miceli miet fl-età ta’ 68 sena fid-9 ta' Marzu.
Ritratt: Ian Noel Pace