Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Bezzina Wettinger

Il-Parlament illejla sellem il-memorja ta’ Francis Bezzina Wettinger, li serva bħala Membru Parlamentari fil-bidu tas-snin Ħamsin, u li miet nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju fl-għomor ta’ 87 sena.
Bezzina Wettinger, li twieled fil-25 ta’ Settembru tal-1929, kien Deputat f’isem il-Malta Workers’ Party ta’ Pawlu Boffa bejn Marzu tal-1953 u Diċembru tal-1954.
Carmelo Abela u Mario de Marco, f’isem iż-żewġ naħat tal-Kamra, taw il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-familja, b’mod partikolari lil uliedu Martin u Stephanie li kienu preżenti fil-Kamra. 
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ddeskriva lil Bezzina Wettinger bħala "ħabib tiegħu" li kien iħaddan valuri u li kien baqa' leali ħafna lejn il-partit li kien iħaddan minkejja l-qasma fi dħanu.