Il-Parlament Ingliż jivvota favur lockdown nazzjonali

Boris Johnson
Via 10 Downing Street

Read in English.

Il-Parlament Ingliż ivvota favur biex issa uffiċjalment kien approvat lockdown ta’ xahar sħiħ.

F’vot ġewwa l-House of Commons li ttieħed nhar l-Erbgħa, il-parlamentari vvutaw favur il-miżuri ġodda kontra l-coronavirus b’516 vot kontra 38 vot, maġġoranza ta’ 478.

In-nies se tkun ordnata tibqa’ maqfula d-dar mill-Ħamis f’nofsillejl sabiex tkun miġġielda l-imxija ta’ infezzjonijiet ġodda li jekk ma tkunx kontrollata, kapaċi tkompli twassal għal iżjed imwiet minn dak li kien hemm waqt l-ewwel mewġa li kienet wasslet għal lockdown ta’ tlett xhur aktar kmieni din is-sena.

Ma tantx kien hemm dubju dwar kif kienet se tintemm din il-votazzjoni wara lil l-partit Laburista fl-oppożizzjoni kien ħabbar li se japprova din il-proposta, ukoll jekk xorta saret kritika fil-konfront ta’ Boris Johnson talli dam biex ħa azzjoni.

Huwa kien ukoll kritikat minn uħud fi ħdan il-partit tiegħu stess fejn qalu li lockdown nazzjonali hija azzjoni kemmxejn kiefra żżejjed.

“Ħadd minna ma daħal fil-politika biex lin-nies jerġa jgħidilhom għal darb’oħra biex jagħlqu l-ħwienet tagħhom, biex jifdu lill-impjegati tagħhom u biex joqgħodu ‘l bogħod mill-ħbieb u mill-familji tagħhom,” qal Johnson meta tkellem fil-parlament sabiex jipprova jikkalma lil xi wħud mill-Partit Konservattiv tiegħu stess.