Il-Parlament Ingliż jivvota kontra azzjoni fis-Sirja

Il-Membri Parlamentari Ingliżi ivvutaw kontra il-possibiltà ta’ azzjoni militari fis-Sirja kontra l-użu ta’ armi kimiċi.

Il-Prim Ministru qal li huwa ċar li l-Parlament Ingliż ma jridx li tittieħed azzjoni u hu kien se jimxi skont din ix-xewqa. 

Il-riżultat tal-vot tħabbar fil-11:35pm, ħin ta' Malta.

Aktar kmieni, David Cameron sostna li kull azzjoni fis-Sirja hija legalment ġusta sakemm issir fuq bażi umanitarja.

Dokument tal-Gvern Ingliż juri li din l-azzjoni setgħet issir anke mingħajr l-approvazzjoni tal-Ġnus Magħquda.

Sitt ajruplani tal-gwerra kienu diġa' waslu Ċipru bħala miżura ta’ kontrattakk għall-vapuri Russi li waslu fil-baħar Mediterran.

Fl-istess ħin it-tensjoni fis-Sirja qed tkompli tikber.