Il-Parlament Ingliż jaġġorna għal ħames ġimgħat

Read in English.

Il-Parlament Ingliż aġġorna għal ħames ġimgħat, bil-parlamentari Ingliżi ma jirritornawx qabel l-14 t’Ottubru.

F’nofs xeni bla preċedent fil-House of Commons, xi uħud mill-membri parlamenatari ipprotestaw kontra din id-deċiżjoni  ta’ Boris Johnson b’ kartelluni li jaqraw “għajb għalih”u “għalqitilha ħalqna”.

Dan wasal wara li t-tenattiv ta’ Johnson biex isejjaħ elezzjoni bikrija ma jrnexxilx wara li falla t-tieni tentattiv.

B’kollox mitejn tlieta u disgħin membru parlamentari vvuttaw fuq il-mozzjoni ta’ Johnson iżda din ma ġabitx iż-żewġ terzi mixtieqa.