Il-Parlament Ingliż illum jivvota dwar mozzjoni għal elezzjoni bikrija

Wara li lbieraħ il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret elezzjoni ġenerali bikrija għal Ġunju li ġej, illum waranofsinhar se titressaq mozzjoni dwar dan fil-House of Commons.
Huwa mistenni li l-mozzjoni tikseb l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-membri parlamentari.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonali Skoċċiż indika li se jastjeni mill-vot, il-Laburisti u d-Demokratiċi Liberali laqgħu l-aħbar ta’ elezzjoni bikrija.
B’din is-sejħa għall-elezzjoni, Theresa May qed titqies li għamlet U-turn, hekk kif f’Settembru li għadda f’intervista kienet qalet li m’għandhiex ħsieb li ssejjaħ elezzjoni bikrija.  Dakinhar, May kienet assigurat elezzjoni fl-2020.