Il-Parlament il-ġdid huwa żgħir – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal fil-Parlament li l-bini tal-Parlament il-ġdid huwa żgħir. Qal li l-Gvern se jikkonsulta b’mod wiesgħa dwar il-futur ta’ dan il-bini.

Meta kien qed iwieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet imressqa mid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi fil-Parlament, Dr Muscat staqsa jekk ladarba l-Ministri għandhom il-Ministeri tagħhom il-Belt, għandux għalfejn ikollhom uffiċċju fil-Parlament.

Dr Muscat qal li għada il-Kumutat għall-Affarijiet tal-Parlament se jiddiskuti l-futur u kif se jintuża l-bini mmirat biex jilqa’ l-Parlament.

Intant huwa ċaħad li l-Parlament il-ġdid se jinkludi mużew iddedikat lill-ex-Prim Ministru Dom Mintoff.

Dr Muscat, li l-ġimgħa li għaddiet iddiskuta l-proġett mal-Perit Renzo Piano f’Pariġi, qal li l-Gvern se jaħtar lill-iSpeaker biex imexxi konsultazzjoni mal-President, l-oppożizzjoni u l-pubbliku.