Il-Parlament Grieg jħabbar żieda fit-taxxi

Fil-Greċja, il-parlament approva serje ta’ żidiet fit-taxxi, bil-għan li jitkabbar id-dħul finanzjarju tal-Gvern. Dan hekk kif Ateni hija kommessa li tagħti lura is-self li ingħata mill-kommunita’ internazzjonali.
Il-miżuri li ġew approvati matul il-lejl, jikludu taxxa ta’ 42% fuq id-dħul tal-Griegi bl-għan li tinġabar is-somma ta’ 2.3 biljun ewro matul is-sena.
Il-Gvern Grieg sostna li dawn il-miżuri, huma ġusti. Min-naha tieghu, il-Vici Ministru tal-Finanzi, Giorgos Mavraganis, qal li l-Gvern Grieg mhux favur it-taxxi imma fiċ-ċirkustanzi li jinsab fihom il-pajjiż, ma jistax isir mod ieħor.
L-Oppożizzjoni hija tal-fehma li dawn it-taxxi ser jagħmlu l-ħajja tal-Griegi aktar diffiċli. Sostniet li l-aktar li ser imorru minn taħt huma dawk li jaqgħu taħt il-klassi tan-nofs.