Il-Parlament għada se jiddiskuti l-iskema taċ-ċittadinanza

Il-Parlament għada se jkun qed jiddiskuti l-Individual Investors Programme (IIP), magħruf b’mod popolari bħala l-iskema dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza.

Il-membri min-naħa tal-Gvern u dawk tal-Oppożizzjoni llejla qablu li d-diskussjoni għada se tkun kollha kemm hi dwar il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni dwar dan il-programm, bil-ħin jinqasam b’mod indaqs bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, b’din tal-aħħar se tiftaħ u tagħlaq id-diskussjoni.

Il-Parlament qabel ukoll li għad-diskussjoni jittieħed ukoll il-ħin normalment allokat għall-Aġġornament, u għalhekk id-diskussjoni se tibqa’ għaddejja sad-9.30pm.

Fi tmiem id-diskussjoni se jittieħed vot.