Il-Parlament fi Krimea jivvota biex jingħaqad mar-Russja

Il-Parlament fi Krimea ivvota favur il-liġi biex isir parti mir-Russja. L-awtoritajiet ta’ Krimea diġa’ talbu lill-President Russu Vladimir Putin biex jibda l-proċeduri meħtieġa biex Krimea tingħaqad mal-art Russa. L-istess membri parlamentati vvutaw biex fi żmien għaxar t’ijiem, isir referendum dwar l-istat ta’ Krimea mar-Russja.
 
Il-vot fir-referendum se jkun qed jistaqsi l-poplu jekk iridx li Krimea tingħaqad mar-Russja, u b’hekk isir parti mill-federazzjoni Russa.