Sala importanti fil-Parlament Ewropew tissemma għal Daphne

Is-sala tal-konferenzi tal-aħbarijiet fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu se tkun qed tissemma għal Daphne Caruana Galizia.
Dan se jkun qed isir fuq inizjattiva ta'
 Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew.
Il-ġimgħa li għaddiet tħabbar li l-President tal-Parlament Ewropew, stieden lill-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia biex ikunu parti mill-plenarja ta’ din il-ġimgħa.
Fil-fatt nhar il-Erbgħa li ġej, il-Parlament Ewropew se jkun qed jagħti tislima lill-ġurnalista assassinata u Antonio Tajani jixtieq li l-qraba tagħha jkunu preżenti.
Fuq Twitter, Tajani kiteb li Daphne Caruana Galizia nqatlet għax dejjem fittxet il-verità.
Illum il-familja ta' DCG se tkun fil-Parlament Ewropew, fejn għall-ħabta tal-11am  se jkollha laqgħa privata ma' Tajani.