​Il-Parlament Ewropew jippremja lill-Oppożizzjoni Venezwelana

L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, l-Assemblea Nazzjonali u l-Priġunieri Politiċi huma r-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2017 għal-Libertà tal-Ħsieb.
Dan tħabbar wara deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani flimkien mal-mexxejja tal-Gruppi Politiċi tal-Parlament. 
Il-Parlament Ewropew sostna li l-Venezwela ilha bosta snin għaddejja minn kriżi politika fejn irrefera għal għadd ta’ priġjunieri politiċi li ġew ittorturati jew attakkati fiżikament waqt dimostrazzjonijiet ta' protesta.
Il-Parlament Ewropew fakkar kif mill-bidu tas-sena 'l hawn, kien hemm aktar minn 130 esponent tal-oppożizzjoni li nqatlu fil-Venezwela u 500 ruħ sfaw arrestati arbitrarjament. 
Il-premju jiikkonsisti f’ċertifikat u €50,000 u dawn se jingħataw f’ċerimonja ta’ premjazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fit-13 ta’ Diċembru 2017.