Il-Parlament Ewropew japprova lil Christine Lagarde bħala President tal-BĊE

Christine Lagarde kisbet l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex issir il-President li jmiss tal-Bank Ċentrali Ewropew. 

Dan wara vot li ttieħed waqt is-sessjoni plenarja fi Strasburgu, li attenda għaliha Newsbook.com.mt. Fil-vot sigriet, il-Membri Parlamentari Ewropej ivvutaw bi 394 vot favur, 206 kontra u 49 astensjoni.

Permezz ta’ dan il-vot, il-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħu dwar jekk kandidat hux adegwat għall-irwol jew le. Minkejja dan, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Kunsill Ewropew. Hi mbagħad tieħu post Mario Draghi, li wasal fit-tmiem tat-terminu tiegħu, fl-1 ta’ Novembru.

Issa, il-kandidatura ta’ Lagarde se titqiegħed fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru li ġej. Lagarde hija avukata Franċiża li ilha sservi bħala ċ-Chairman tal-Fond Monetarju Internazzjonali mill-2011.

Christine Madeleine Odette Lagarde is a French lawyer serving as Chairman of the International Monetary Fund since 2011 and Managing Director.