Il-Parlament Ewropew jalloka biljun ewro għall-vaċċin tal-COVID-19

FILE PHOTO: A woman holds a small bottle labeled with a
FILE PHOTO: A woman holds a small bottle labeled with a "Vaccine COVID-19" sticker and a medical syringe in this illustration taken April 10, 2020. REUTERS/Dado Ruvic/Illustration/File Photo

Il-Parlament Ewropew approva fondi b’total ta’ €6.2 biljun biex tgħin ittaffi il-problemi kkawżati mill-pandemija. €1.1 biljun minnhom huma allokati biex tiżgura l-produzzjoni tal-vaċċin fl-UE u biex jkollha provvisti suffiċjenti għall-istati membri.

Fi stqarrija, il-Parlament Ewropew qal li l-fondi se jippermettu lill-UE biex ttejjeb il-probabbiltà li ssib tilqima effettiva u sigura disponibbli kemm jista’ jkun malajr.

Il-€1.1 biljun relatati mal-vaċċin se jżidu l-pagamenti għall-Istrument ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI), li parti sinifikanti tiegħu tintuża biex tiżgura l-produzzjoni tal-vaċċini fl-UE u provvisti suffiċjenti għall-istati membri tagħha. Dan huwa parti mill-istrateġija tal-vaċċin tal-COVID-19 tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament approva l-proposta b’643 vot favur, 29 kontra u 14-il astensjoni.

Il-plenarja tal-Parlament Ewropew qed ssir fi Brussell minflok fi Strasburgu billi l-belt Franċiża ġiet iddikjarata żona ħamra minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Appell għall-trattamenti bi prezz raġonevoli fi kwalunkwe ħin

Fi stqarrija separata, il-Parlament Ewropew appella biex l-UE tkun iktar awtosuffiċjenti fejn jidħlu mediċini u tagħmir mediku sabiex ikunu disponibbli trattamenti bi prezz raġonevoli fi kwalunkwe ħin.

Il-Parlament indirizza l-kawżi fundamentali tan-nuqqasijiet reċenti tal-mediċini f’riżoluzzjoni, adottata b’663 voti favur kontra 23 u 10 astensjonijiet. Il-Membri talbu għall-reazzjoni miżjuda mill-UE għal problema li ġiet aggravata mill-kriżi tal-COVID-19 madwar l-Ewropa b’impatt negattiv dirett fuq is-saħħa, is-sigurtà tal-pazjenti u l-kontinwazzjoni tat-trattament tagħhom.