“Il-Parlament Ewropew dgħajjef quddiem il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima”

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet li l-Parlament Ewropew huwa dgħajjef quddiem il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Fi stqarrija Miriam Dalli qalet li l-pjanijiet biex l-industriji jkunu innovativi u jiġġieldu t-tibdil fil-klima ddgħajfu kompletament wara li fazzjonijiet konservattivi fil-Parlament Ewropew ivvutaw favur emendi li marru kontra l-ftehim milħuq fil-Kumitat tal-Ambjent f’Diċembru li għadda.
Spjegat li l-Unjoni Ewropea hi t-tielet l-akbar pajjiż li jniġġeż l-arja.
Dr Dalli qalet li, “ir-rapport li ġie addottat fil-Parlament mhux se jwassal għal sistema li verament tindirizza t-tibdil fil-klima, iżda għal kuntrarju dan il-vot juri kif membri konservattivi tal-Parlament Ewropew jippreferu jagħmlu diskorsi sbieħ dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u fl-istess ħin iridu jibqgħu iħallu lill-industriji kbar li għandhom lobbies b’saħħithom jibqgħu jniġġżu mingħajr kontroll xieraq”.