Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, stieden lill-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia biex ikunu parti mill-plenarja tal-ġimgħa d-dieħla.
Nhar il-Erbgħa li ġej, il-Parlament Ewropew se jkun qed jagħti tislima lill-ġurnalista assissanata u Antonio Tajani jixtieq li l-qraba tagħha jkunu preżenti.
Fuq Twitter, Tajani kiteb li Daphne Caruana Galizia nqatlet għax dejjem fittxet il-verità.
Daphne Caruana Galizia was killed for seeking the truth. I invited her family to the EP plenary next week to join us in paying respect
— EP President Tajani (@EP_President) October 18, 2017
Anke l-Kumitat PANA fi ħdan il-Parlament Ewropew, li twaqqaf biex jinvestiga l-Panama Papers, sellem lil Daphne Caruana Galizia qabel il-laqgħa tal-lum.
Sadanittant, fuq talba tal-MEP Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, anke il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni fil-Parlament Ewropew, se jkun qed isellem lill-ġurnalista Maltija.