Il-Parlament Ewropew bi plenarja straordinarja fuq il-coronavirus

Read in English.

Il-Parlament Ewropew se jagħmel sessjoni plenarja straordinarja fuq il-coronavirus il-Ħamis, 26 ta’ Marzu, fi Brussell.

Din il-proposta tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli ġiet approvata dalgħodu mill-President u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi Ewropej.

F’din il-plenarja il-Parlament se jiddibatti u jivvota fuq l-ewwel tliet proposti leġislattivi tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija Covid-19 fl-Istati Membri tal-UE.

Il-President tal-PE David Sassoli qal: “Il-Parlament Ewropew qed jagħmel u se jkompli jagħmel id-dover tiegħu. Il-Parlament irid jibqa’ miftuħ għax id-demokrazija ma tistax titwaqqaf minn virus. Aħna l-unika istituzzjoni Ewropea eletta miċ-ċittadini u rridu nkomplu nirrappreżentawhom u niddefenduhom”.

Fuq l-aġenda tal-PE:

  • L-Inizjattiva ta’ Investiment għar-Rispons għall-coronavirus, li tqiegħed għad-dispożizzjoni €37 biljun mill-Fondi ta’ Koeżjoni lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi;
  • Proposta leġiżlattiva sabiex testendi l-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex tkopri emerġenzi ta’ saħħa pubblika;
  • Il-proposta tal-Kummissjoni biex twaqqaf l-hekk imsejħa titjiriet fantażma ikkawżati mill-imxija tal-Covid-19.

Il-Bureau tal-Parlament Ewropew se jaddotta miżuri speċifiċi għal din is-sessjoni biex jiżgura li l-votazzjoni tista’ tiġi organizzata wkoll mill-bogħod.

Din il-plenarja se tissostitwixxi formalment is-sessjoni prevista fl-1 u t-2 ta’ April.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn