Il-parkeġġ f’Raħal Ġdid se jiżdied b’54%

Ix-xogħol fuq il-Pjazza ta' Raħal Ġdid għadu għaddej u jinsab fi żmien stipulat. Fost l-oħrajn il-proġett jinkludi li jiżdied il-parkeġġ b'54%.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, hekk kif din il-ġimgħa ltaqa' mal-ħaddiema fil-Pjazza. 
Fost l-oħrajn ingħataw dettalji dwar kif ix-xogħol qed isir mingħajr tfixkil fl-immaniġġjar tat-traffiku, filwaqt li nfetaħ il-grawnd ta' Pace Grasso għal parkeġġ b'xejn, kuljum mis-7am sat-8pm.
Ix-xogħol li tlesta s'issa:
Il-bankina ta’ naħa minnhom
Żdied service culvert biex is-servizzi kollha jgħaddu minnu
Xogħol li qed isir:
Latrina pubblika b’disinn kontemporanju li jagħqad mad-disinn tal-pjazza. Din se tkun l-ewwel latrina gender neutral.
X'fadal isir? 
F’dan il-post se jitwaħħlu għadd ta’ kameras b’sorveljanza għal 24 siegħa kuljum.
Se jinħoloq aċċess dirett ġdid mal-MCAST biex b’mod pedonali l-pjazza tingħaqad ma’ dan l-istitut edukattiv
Silvio Parnis qal li l-proġett huwa maħsub ukoll biex inaqqas iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u li għalhekk se tiżdied iż-żona pedonali. Se jiżdiedu wkoll is-siġar indiġeni.