Il-Park tal-Majjistral kif qatt ma rajtu!

Din l-Art Ħelwa se torganizza t-tieni mixja għal dis-sena, waqt daż-żmien sabiħ tar-rebbiegħa, fl-inħawi tal-Park tal-Majjistral il-Mellieħa.
L-organizzazzjoni qed tistieden lin-nies jingħaqdu magħha, f’din id-dawra fis-siti tal-Heritage u proprjetajiet oħra tagħha.
Min se jingħaqad f’dil-mixja, se jkun jista’ jkun xhud tas-sbuħija li toffri l-veduta mill-Park tal-Majjistral li tagħti għal fuq il-baħar.
Barra minn hekk, se jiġi spjegat il-ħaxix u l-annimali li jabitaw f’dawn l-inħawi, f’dik li hi preżentazzjoni interessanti ferm.
It-tour se jkun organizzat mill-voluntier Ivan Camilleri, bil-għajnuna ta’ Darren Saliba li jieħu ħsieb il-post.
Din iż-żjara mimlija kuluri se ssir is-Sibt, u l-grupp se jiltaqa’ fid-dħul tal-park fid-9am. It-tour jispiċċa b’belgħa te jew kafè.
Jekk trid tibbukkja ċempel fuq 21225952 jew ibgħat imejl lil Din l-Art Ħelwa hawnhekk.
L-organizzazzjoni qed taċċetta d-donazzjoni ta’ €10, u l-ibbukkjar jagħlaq illum.