Il-Park tal-Familja se jinfetaħ mill-ġdid fil-jiem li ġejjin

Il-Gvern se jerġa’ jiftaħ il-Park tal-Familja f’Marsaskala.

Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat fejn sostna li d-deċiżjoni li l-Park tal-Familja jingħalaq waslet fuq rakkomandazzjoni tal-esperti.

Il-Ministru Brincat qal ukoll li saru testijiet permezz ta’ apparat tal-MEPA għall-monitoraġġ tal-arja. 

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Park tal-Familja se jerġa jiftaħ fil-jiem li ġejjin.

Fil-jiem li għaddew, il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino, Charlo Bonnici u Stephen Spiteri sostnew li mid-data xjentifika li nġabret mill-MEPA m’hemm l-ebda raġuni ta’ saħħa għaliex ingħalaq il-Park.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ukoll minn fuq il-Facebook reġa’ għamel appell biex il-Park tal-Familja jinfetaħ minnufih.

Intant paġna fuq il-Facebook bit-titlu ‘Irridu li Marsascala Family Park jerġa jiftaħ’, paġna li saret biex issir pressjoni sabiex il-Park jinfetaħ mill-ġdid kellha biss 17-il ‘like’.